Qorriegħa doppja Double crown

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal QORRIEGĦA DOPPJA għandha tlett partijiet. (i) L-ewwel parti tixbaħ is-sinjal għal KURUNA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ L milwija bil-pala tħares ’l isfel. Jitqiegħdu fuq quddiem fuq ir-ras bil-werrejja jistrieħu fuq il-ġbin. (ii) Imbagħad l-idejn jinbidlu forma ta’ 1 u il-werrejja jinżlu msallba fuq xulxin bil-pala tħares ’l isfel. (iii) Fl-aħħar, id waħda tinbidel fil-forma ta’ V waqt li ddur biex il-pala tiġi tħares ’il ġewwa u tersaq lejn il-ġenb waqt li l-id l-oħra tibqa’ fejn kienet.

The sign for DOUBLE CROWN has three parts. (i) The first part resembles the sign for CROWN. The hands take the shape of bent L with palm facing downwards. The hands are placed on the head at the front with the index fingers resting on the forehead. (ii) Then, the hands change to the shape of 1 and the index fingers move down to form a cross with palms facing downwards. (iii) Finally, one hand takes the shape of V whilst it turns so that the palm faces inwards as it moves to the side whilst the other hand stays put.